![]() |
PARROCCA SAN GORG MARTRI |
|
ST. GEORGE'S PARISH CHURCH |
||
QORMI
- MALTA |
BEJNIETNA 146 - Marzu 2008
Il-Kelma tal-Arcipriet
Kemm niehdu gost f’dawn il-granet gheziez. Donnu li go Hal Qormi kulhadd kelma wahda. Il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira u l-Irxoxt. Ghalkemm kelli xi ftit esperjenza tal-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira ta’ Bormla u ta’ meta kont vici z-Zejtun, qatt ma mmaginajt kemm jittiehdu bis-serjeta’ dawn iz-zewg purcissjonijiet go Hal Qormi. Purcissjonijiet ezatti u impenjattivi kemm ghal dawk li jiehdu sehem kif ukoll ghall-Kumitat tal-Gimgha l-Kbira.
Tghallimt napprezza s-sagrificcji li jsiru minn dawk kollha li jaghtu s-sehem taghhom biex ahna nkunu nistghu ingawdu dawn il-festi li naghmlu fl-ikbar Festa tal-Fidi taghna.
Imma jekk ahna ma nipprattikawx dak li niccelebraw inkunu waqafna biss fil-Gimgha l-Kbira u ma nkomplux sal-Irxoxt.
Xi rrid nghid? Irrid nghid li t-tifsira u-sens tal-purcissjonijiet qeghedin biss fil-fatt li nghixu qrib ta’ Gesu’ mhux f’dak il-mument wahdu imma fil-hajja kollha taghna. Inkella nkunu qed nghixu ghad-dnub u Gesu’ miet propju biex jehles lilna mid-dnub billi jqum mil-mewt.
Ma jaghmilx sens li niehu sehem fil-purcissjonijiet jekk ma nihux sehem kull nhar ta’ Hadd fl-Ewkaristija.
Ma jaghmilx sens li nhares lejn il-purcissjonijiet jekk ma nharisx ukoll lejn hajti u nezamina lili nnifsi.
Ma jaghmilx sens li niftahar bil-purcissjonijiet taghna jekk m’ghandix biex niftahar bil-mod ta’ hajja li qed nghix.
Ma jaghmilx sens li nbati u newgga’ meta niehu sehem jew meta nerfa’ l-vari, jekk ma nerfax is-salib tal-hajja ta’ kuljum.
Ma jaghmilx sens li jkun hawn ghaqda shiha f’Hal Qormi, jekk jien m’hinix maghqud ma’ huti minhabba fil-wirt.
Ma jaghmilx sens li nibza ghall-vari u niehu hsiebhom u nzejjinhom bl-isbah fjuri jekk ma nibzax insemmi l-Isem t’Alla fil-batal.
Ma jaghmilx sens li mmur wara d-Duluri jekk ma mmurx ukoll warajha biex tressaqni lejn Gesu’.
Ejjew ma nghixux biss il-mewt ta’ Gesu’ imma nghixu wkoll il-hajja. Ejjew nehilsu minn dnubietna u mill-piki ta’ bejnietna biex bhala nirxuxtaw rebbihin.
MILL-HAJJA TAL-KOMUNITA TAGHNA - AVVIZI
Il-Hadd 2: | Ir-4 Hadd tar-Randan tas-Sena A. 9.00am Irtir ghall-Fratelli kollha fis-Santwarju tal-Madonna tal-Hlas |
It-Tnejn 3: | Laqgha ghall-persuni b’dizabilita’ fic-Centru fil-5.00 pm. |
Il-Gimgha 7: | L-ewwel Gimgha tax-Xahar. Wara l-quddiesa tal-4.30 pm isir ftit hin ta’ adorazzjoni u tinghata l-Barka Sagramentali. |
Il-Hadd 9: | Il-5 Hadd tar-Randan Sena A. Illum issir il-quddiesa tal-11.30 am li fiha jinghata s-Sagrament tal-Maghmudija. |
Il-Hamis 13: |
Wara l-quddiesa tal-4.30 pm tinghata l-Barka Sagramentali. Fis-6.45 pm siegha adorazzjoni b’tifkira tal-20 anniversarju mit-twaqqif tal-Kor 'Exsultate Domino'. |
Il-Gimgha 14: |
Festa tad-Duluri ta’ Ommna Marija Santissima. Fil-11.00 am issir quddiesa ghat-tfal tal-iskejjel. Fil-5.00 pm issir quddiesa u wara tohrog il-purcissjoni bl-istatwa tad-Duluri. Kif tidhol il-purcissjoni, ghall-habta tas-7.00 pm, issir quddiesa kantata. Fic-celebrazzjonijiet ta’ matul dan iz-zmien tant specjali, jiehu sehem il-Kor tal-Parrocca ‘Exsultate Domino’. |
Il-Hadd 16: | Hadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej. Fid-9.00 am tberik taz-zebbug fil-Knisja ta’ Santa Marija Fuq Tal-Blat u wara purcissjoni sal-Knisja Parrokkjali u quddiesa. Wara l-quddiesa tal-5.00 pm ssir il-Festa tal-Via Sagra permezz ta’ meditazzjoni fuq il-Passjoni ta’ Gesu’. Fl-4.30 pm quddiesa fil-Kappella tal-Hlas bil-prezentazzjoni tat-trabi. |
It-Tnejn 17: |
It-Tnejn tal-Gimgha Mqaddsa. Fis-7.00 pm fil-Knisja ssir laqgha ta’ talb u kontemplazzjoni fuq Kristu Msallab. |
It-Tlieta 18: |
It-Tlieta tal-Gimgha Mqaddsa. |
L-Erbgha 19: |
L-Erbgha tal-Gimgha Mqaddsa. Wara l-quddiesa tas-6.00 pm, issir il-Via Sagra u wara processjoni u benedizzjoni bir-relikwija tas-Salib Imqaddes. |
Il-Hamis 20: |
Hamis ix-Xirka. |
Il-Gimgha 21: |
Il-Gimgha l-Kbira - Jum l-Akbar Imhabba. |
Is-Sibt 22: |
Sibt il-Ghid. |
Il-Hadd 23: |
L-Ghid il-Kbir. |
It-Tnejn 24: | Illum tibda l-Ottava tal-Ghid. Jibda t-tberik tal-familji skond il-programm. (ara l-programm). |
Il-Hamis 27: |
Wara l-quddiesa tal-4.30 pm tinghata l-Barka Sagramentali. |
Il-Gimgha 28: | 7.30 pm jibda l-Kors ta’ Kana ta’ preparazzjoni ghall-gharajjes ghaz-Zwieg. Isir fic-centru. |
Il-Hadd 30: |
It-2
Hadd
tal-Ghid
tas-Sena C
-- JUM IL-HNIENA DIVINA. |
It-Tnejn 31: | Solennitra’ trasferita tat-Thabbira tal-Mulej - il-Lunzjata. |
Imwiet matul ix-xahar ta’ Jannar 2008: - Aghtihom O Mulej il-Mistrieh ta' Dejjem . . .
Michaelina Borg (85 sena) |
|
Giovanni Maria Camilleri (84 sena) |
|
Joseph Vella (79sena) |
|
Georgina Lauria (67 sena) |
|
Carmen Degabriele (82 sena) |
|
Rita Zammit (42 sena) |
|
Maghmudijiet matul ix-xahar ta’ Jannar 2008: Merhba fid-Dar fejn jghammar il-Mulej, Sid il-holqien kollu.
Maya Debono |
Zaine Fenech |
Mikael Paul Fenech |
Paul Pirotta |
Gaizka Azzopardi |
Keylan Schembri |
Kylie Caruana |
Zwigijiet matul ix-xahar ta’ Jannar 2008: Kunu intom ix-xandara tal-Ahbar it-Tajba.
Xejn. | |
Irrangata 15-02-2008