CHAIRMAN
Mr. Andrei Zammit
SECRETARY
Mr. Pierre P. Gauci
TREASURER
Mr. Stephen Mifsud
Delegate of Feast Decorations
Mr. Anton Fenech
Delegate for Social Activities
Mr. Albert Muscat
Delegate for Organisation
Mr. Clinton Camilleri
Members
Mr. Johann Penza, Ms Carmen Muscat
Kienet ix-xewqa ta' hafna membri, anzjani u mhux, li jaraw liz-zghazagh ta' l-ghaqda Muzikali Sant'Andrija jiffurmaw il-kumitat taghhom. Il-holma nistghu nghidu li saret realta' meta inhatret l-ewwel Kumissjoni Zghazagh fi hdan Ghaqda Muzikali f'Hal Luqa, f'Novembru tas-sena 1993, u minn dak inhar sal-lum, iz-zghazagh fi hdan l-Ghaqda qatt ma harsu lura.
L-ewwel Chairperson ta' din il-Kummissjoni kien Pierre Fava u l-Kummissjoni kienet maghmula minn 7 membri u mill-ewwel bdew jahdmu id f'id mal-Kumitat tan-Nisa u mal-Kumitat Centrali fl-organizzazzjoni ta' l-attivitajiet li jsiru matul is-sena. Fost dawn l-attivitajiet hemm il-partecipazzjoni taz-zghazagh fil-programm televiziv "Il-Hadd mal-Maltin", il-gbir ta' reklami ghas-souvenier programm tal-festa ta' kull sena; kif ukoll is-sehem taghhom fl-armar u fl-organizzazzjoni tal-brijju waqt il-marcijiet tal-festa.
Pero' il-qofol tal-hidma tal-Kummissjoni Zghazagh intlahaq nhar l-24 ta' Gunju 1994 meta din il-Kummissjoni giet fdata bl-organizzazzjoni ghall-ewwel darba fir-rahal taghna, tal-Lejla a' la Hal Luqija. Kienet l-ewwel attivita' tax-xorta taghha f'Hal Luqa u wiehed jista' anke jghid li kien pass kuragguz mill-Kummissjoni Zghazagh ta' l-Ghaqda Muzikali Sant Andrija, peress li wiehed ma kienx jaf ir-reazzjoni tan-nies x'kienet ser tkun.
Kienet serata li tat pjacir u gost lil kull min attenda. Il-palk li intrama' ghalkemm kien semplici, kien jolqot l-ghajn u l-livell tal-kantanti kien wiehed tajjeb hafna, bil-partecipazzjoni ta' whud stabbiliti f'Malta.
Din il-KZ matul is-snin, ma kibritx biss fin-numru tal-membri, izda wkoll fl-attivitajiet. Il-membri jiltaqghu regolarment darba fil-gimgha biex ihejju ruhhom ghal xi attivita' li tkun ser issir fil-gejjieni. Barra minhekk, kull gimgha jtellghu lotterija biex jigbru fondi ghall-istess kummissjoni.
Inizjattiva ohra ta' din il-KZ kienet il-pubblikazzjoni ta' kalendarju attraenti li dejjem intlaqa' tajjeb ferm mill-membri u liema kalendarju jitqassam b'xejn lill-istess membru tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija.
Din il-Kummissjoni Zghazagh hija maghmula kemm minn guvintur kif ukoll minn tfajliet. Is-sehem ta' dawn tal-ahhar huwa ndispensabbli ghall-hidma tal-istess KZ.
Organizzazzjoni
|
Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.
last modified: May 2004