SOCJETA FILARMONIKA
G.M. FRA ANTOINE DE PAULE
BANDA KRISTU RE'
A.D. 1898
F'Gunju ta' l-1898 infetah l-ewwel Kazin tal-Banda F'Rahal Gdid taht l-isem ta' Gran Maestro Fra Antoine De Paula fuq inizjattiva tal- Kjeru Don Carmelo Bologna, dak iz-zmien Rettur tal-Knisja ta' Sta.Ubaldesca, bl-ghajnuna ta' Salvatore Carabott u Luigi Galea. Fil-bidu kienet tintuza d-dar ta' Bologna f'Nru. 8 Strada Loggia u skond l-istorjugrafu Em. B. Vella,
f'dik is-sena "Kienu nxtraw l-istrumenti u bdiet tassew il-band". Nhar il-hadd' 19 ta'Awissu 1900, din il-Banda ghamlet marc mat-toroq ta' Casale paula fl-okkazjoni tal-Festa ta' Sta. Ubaldesca, Patrun ta' l-Ordni tal-kavallieri ta' San Gwann.
     Fis-sena 1910 Rahal Gdid sae Parrocca u s-Socjeta hadet dehra gdida taht it-tmexxija ta' l-ewwel surmast Direttur taghha Carlo Ronsisvalle, l-popolarita' tal-Banda De Paule malajr kibret. Infatti, fl-1912 giet mistiedna ghall-Festi ta' San Lawrenz u San Duminku fil-Birgu kif ukoll f'irhula ohra fosthom iz-Zejtun, Hal Luqa, il-Gudja u Hal Ghaxaq.
     F'Jannar 1914 gie inawgurat ic-Circolo l-gdid fi pjazza paula u f'Awissu 1916 ippartecipat fil-'meeting'tat-tieni Anniversarju tal-Gwerra l-Kbira fuq il-Fosos tal-Floriana. F'novembru 1918 ghamlet marc tar-rebha f'Rahal Gdid. Bhala Banda f'subborg industrijali ma setghatx ma jkollhiex sehem fl-Assemblea ir-rapprezentanti tas-Socjeta' insistew hafna fuq l-uzu ta' l-irsien malti u li r-Religjon Kattolika Appostolika Rumana kellha tkun ir-Religjon ta' dawn il-gzejjer. Ma' l-ghoti tal-kostituzjoni gdida fl-1920, is-Socjeta' kienet fost il-15 il-kazin tal-Banda li hadu sehem fit-twaqqif ta' La Camera Del Lavoro li ftit wara sar il-Partit tal-Haddiema. Fi tmiem il-Gwera l-Kbira pajjizna kien ghaddej minn krizi kbira socjali u ekonomika kif ukoll inkakem minn epidemiji ta' mard fatali. Minkejja l-problemi kollha s-Socjeta' De Paule baqghat hajja u l-attivisti stinkaw ferm biex is-Socjeta' baqghat tiffunzjona.
F'Jannar 1921 il-Kumitat laqa' t-talba tal-Kappillan biex il-Kazin jiehu l-inkarigu tal-Festa ta' barra tal-Qalb ta' Gesu' li dak iz-zmien kien it-titular tal-Parrocca. Kiber il-piz finanzjarju u l-Banda bdiet tiehu sehem f'ruxmata servizzi f'diversi bliet u rhula Maltin. Fl-1920 il-Kazin De Paula kien alloka kamra b'kera ta' $6 lis-Socjeta' tal-futbol tar-Rahal u l-istess kien ghamel fl-1938 lil Paola United F.C. Fil-Karnival ta' l-1921 beda jigi organizzat Ballu kbir fis-sala tal-Kazin. il-Kumitat mill-ewwel haseb ghat-tixrid tat-taghlim u l-kultura u b'dan il-ghan saru konferenzi mil-aqwa esponenti u personalitajiet taz-zminijiet.
     Fl-1 ta' April 1934, nhar il-Gimgha il-Kbira,gie inawgurat Kazin gdid fi 23/24 Pjazza Paula, li gie kkonsagrat lill-Qalb ta' Gesu. F'Jannar 1937 Gio batta Cesare, benefattur kbir tas-Socjeta' irregala Bandalora lis-Socjeta' u f'mejju 1938 irregala uniformi bajda ghall-bandisti u aktar tard sett qniepen. Fl-istess zmien il-Banda hadet sehem fl-isfilata li saret il-Belt fil-festi tal-Inkurunazjoni tar-Re Dwardu VIII. F'Awissu 1937 izzanznet bandiera gdida b'kitba bil-Malti, li ghal dak iz-zmien ma kienetx haga komuni u kienet ukoll minn ta' l-ewwel li daqqet f'postijiet pubblici u fit-toroq Maltin l-innu Nazzjonali ta' Dun Karm u Robert Sammut.
     Tul is-snin is-Socjeta dejjem hadmet id f'id ma Awtoritajiet Parrokkjali u kienet protoganista fil-celebrazzjonijiet organizzati mill-Parrocca partikularment fil-festi titularli tal-Qalb ta' Gesu u Kristu Re u dawk tal-Gimgha Mqaddsa. Barra minn hekk il-Banda De Paule hadet Sehem regolrment f'attivitajiet socjali, kulturali u sportivi organizzati f'Rahal Gdid minn diversi Ghaqdiet. Fis-snin sebghin il-banda tibqa' msemmija ghar-rebh ghal sitt snin in fila tal-Gara Muzikali organizzata mill-Ghaqda Kazini tal-Banda meta kienet taht id-direzzjoni tas-Surmast Francesco Busuttil.
SOCJETA FILARMONIKA
G.M. FRA ANTOINE DE PAULE
BANDA KRISTU RE
120 MISRAH ANTOINE DE PAULE
PAOLA
TEL:-21693271
OFFICIAL WEBSITE:-WWW.GEOCITIES.COM/SF_DEPAULE
E MAIL:-cboffa@mail.global.net.mt
1